29.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Pfizer Consumer Healthcare Ltd vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

(Kawża C-182/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestaturi 3005 u 3824 - Kumpressi u ċinturini li jisħnu waħedhom intiżi sabiex itaffu l-uġigħ - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1140 - Invalidità)

(2020/C 215/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pfizer Consumer Healthcare Ltd

Konvenuta: Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

Dispożittiv

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1140 tat-8 ta’ Lulju 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, huwa invalidu.


(1)  ĠU C 172, 20.5.2019.