|
7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – B. M. M. (C-133/19 u C-136/19), B. S. (C-133/19), B. M. (C-136/19), B. M. O. (C-137/19) vs État belge
(Kawżi Magħquda C-133/19, C-136/19 u C-137/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika dwar l-immigrazzjoni - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Artikolu 4(1) - Kunċett ta’ “wild minuri” - Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - L-aħjar interess tal-wild - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Dritt għal rimedju effettiv - Kisba tal-età maġġuri ta’ wlied l-isponsor matul il-proċedura deċiżjonali jew il-proċedura ġudizzjarja kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja)
(2020/C 297/18)
Lingwa tal-kawża: il-Franciz
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: B. M. M. (C-133/19 u C-136/19), B. S. (C-133/19), B. M. (C-136/19), B. M. O. (C-137/19).
Konvenut: État belge
Dispożittiv
|
1) |
Il-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data li għandu jsir riferiment għaliha sabiex jiġi ddeterminat jekk ċittadin ta’ pajjiż jew persuna apolida mhux miżżewġa hijiex wild minuri, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hija dik tal-preżentata tal-applikazzjoni għal dħul u għal residenza għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja fir-rigward ta’ wlied minuri, u mhux dik li fiha tittieħed deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru, jekk ikun il-każ wara rikors kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ tali applikazzjoni. |
|
2) |
L-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/86, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li r-rikors kontra ċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja ta’ wild minuri jiġi miċħud bħala inammissibbli għas-sempliċi raġuni li l-wild ikun sar maġġorenni matul il-proċedura ġudizzjarja. |