7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 Juillet 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Köln

(Kawża C-97/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi Doganali - Dikjarazzjonijiet doganali - Artikolu 78 ta’ dan il-kodiċi – - Reviżjoni tad-dikjarazzjoni doganali - Isem id-dikjarant - Emenda tal-informazzjoni relatata mal-identità tad-dikjarant intiża li turi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta - Rappreżentanza indiretta tal-persuna li kisbet ċertifikat ta’ importazzjoni)

(2020/C 297/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pfeifer & Langen GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt Köln

Dispożittiv

L-Artikolu 78(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet doganali jistgħu jilqgħu talba għal reviżjoni ta’ dikjarazzjoni doganali intiża li turi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ rappreżentanza indiretta bejn, minn naħa, mandatarju li, bi żball, ikun indika li qiegħed jaġixxi esklużivament f’ismu u għan-nom tiegħu stess, minkejja li kellu mandat mill-persuna fil-pussess taċ-ċertifikat ta’ importazzjoni u, min-naħa l-oħra, il-mandant li għan-nom tiegħu saret id-dikjarazzjoni.


(1)  ĠU C 182, 27.05.2019.