29.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 215/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Saarbrücken – il-Ġermanja) – JC vs Kreissparkasse Saarlouis
(Kawża C-66/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2008/48/KE - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur - Dritt ta’ rtirar - Terminu għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt - Rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha tissemma fil-kuntratt - Avviż ta’ informazzjoni li hija limitata li tagħmel riferiment kaskata għal dispożizzjonijiet nazzjonali)
(2020/C 215/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Saarbrücken
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: JC
Konvenuta: Kreissparkasse Saarlouis
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’dak li jirrigwarda l-informazzjoni li għandha tissemma, b’mod ċar u konċiż, f’kuntratt ta’ kreditu, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, hemm il-modalitajiet ta’ komputazzjoni tat-terminu għall-irtirar, previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva. |
2) |
L-Artikolu 10(2)(p) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li kuntratt ta’ kreditu jagħmel, fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva, riferiment għal dispożizzjoni nazzjonali li tirreferi hija stess għal dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Istat Membru inkwistjoni. |