29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2021 – World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España SA (C-51/19 P), Ir-Renju ta’ Spanja (C-64/19 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, L-Irlanda

(Kawżi magħquda C-51/10 P u C-64/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Sistema fiskali - Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra mill-pajjiż għall-finijiet ta’ taxxa - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kundizzjoni dwar is-selettività - Sistema ta’ referenza - Deroga - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament)

(2021/C 481/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: World Duty Free Group SA, li kienet Autogrill España SA (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados (C-51/19 P), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn A. Rubio González u A. Sampol Pucurull, sussegwentement minn S. Centeno Huerta u S. Jiménez García, aġenti (C-64/19 P)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u R. Kanitz, aġenti), L-Irlanda

Dispożittiv

1)

L-appelli huma miċħuda.

2)

World Duty Free Group SA u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 112, 25.03.2019.