27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/22


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Poznaniu – il-Polonja) – Corporis sp. z o.o. vs Gefion Insurance A/S

(Kawża C-25/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2009/138/KE - Rappreżentanza ta’ impriża ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja - Rappreżentant iddomiċiljat fit-territorju nazzjonali - Notifika jew komunikazzjoni ta’ atti - Riċezzjoni tal-att promotur - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Nuqqas ta’ applikabbiltà)

(2020/C 137/29)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Corporis sp. z o.o

Konvenuta: Gefion Insurance A/S

Dispożittiv

L-Artikolu 152(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), moqri flimkien mal-Artikolu 151 tagħha u mal-premessa 8 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħatra minn impriża ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja ta’ rappreżentant fl-Istat Membru ospitanti tinkludi wkoll l-awtorizzazzjoni ta’ dan ir-rappreżentant li jirċievi att promotur fil-qasam tal-kumpens minħabba inċident tat-traffiku.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019