24.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – WM vs Stadt Frankfurt am Main

(Kawża C-18/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment - Kundizzjonijiet ta’ detenzjoni - Artikolu 16(1) - Detenzjoni f’faċilità korrettiva għal finijiet ta’ tneħħija - Ċittadin ta’ pajjiżi terzi li jirrappreżenta theddida serja għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika)

(2020/C 279/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WM

Konvenut: Stadt Frankfurt am Main

Dispożittiv

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li ċittadin ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedi irregolarment jiġi detenut f’faċilità korrettiva għal finijiet ta’ tneħħija, separatament mill-priġunjieri ordinarji, għar-raġuni li huwa jirrappreżenta theddida reali, attwali u suffiċjentement serja li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà jew is-sigurtà interna jew esterna tal-Istat Membru kkonċernat.


(1)  ĠU C 112, 25.03.2019.