Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 – Durand et vs Il-Parlament
(Kawża T-702/18)
“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għal annullament – Politika agrikola – Regolament (KE) Nru 1/2005 – Benesseri tal-annimali – Talba tal-membri tal-Parlament Ewropew biex titwaqqaf kummissjoni ta’ investigazzjoni – Teħid ta’ pożizzjoni tal-Parlament – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att informattiv – Inammissibbiltà”
1. |
Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Nuqqas – Kunċett – Astensjoni milli tittieħed azzjoni – Att li ma jagħtix sodisfazzjon – Deċiżjoni tal-Parlament li tinkariga kummissjoni sabiex tistabbilixxi rapport ta’ implimentazzjoni – Deċiżjoni li tinvolvi ċ-ċaħda ta’ talba għall-kostituzzjoni ta’ kummissjoni ta’ investigazzjoni – Esklużjoni (Artikolu 265 TFUE) (ara l-punti 21-23, 29, 30) |
2. |
Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Att ta’ natura purament informattiva – Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 33-35) |
Suġġett
Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Parlament, b’deċiżjoni tal-konferenza tal-Presidenti tal-Parlament, astjena illegalment milli jiddeċiedi fuq talba tas-17 ta’ Lulju 2018 intiża sabiex titwaqqaf kummissjoni ta’ investigazzjoni u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-President tal-Parlament tal-21 ta’ Settembru 2018.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Pascal Durand u r-rikorrenti oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż. |