Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 –
Vattenfall Europe Nuclear Energy vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑674/18)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Liġi li timplimenta s-sittax-il reviżjoni tal-liġi dwar l-enerġija nukleari (Atomgesetz) – Implimentazzjoni ta’ sentenza tal-Bundesverfassungsgericht (Qorti Kostituzzjonali Federali Ġermaniża) – Kumpanniji li joperaw impjanti nukleari – Waqfien tal-operat – Kumpens finanzjarju ta’ kwantitajiet ta’ elettriku mhux prodotti – Ittra tal-Kummissjoni – Assenza ta’ ħtieġa ta’ notifika formali abbażi tal-Artikolu 108(3) TFUE – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Evalwazzjoni skont kriterji oġġettivi – Ittra tal-Kummissjoni li tikkonstata l-għan tal-liġi li timplimenta s-sittax-il reviżjoni tal-liġi dwar l-enerġija nukleari, jiġifieri li hija intiża esklużivament sabiex timplimenta r-rekwiżiti imposti minn sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Federali mingħajr bżonn ta’ notifika skont l-Artikolu 108(3) TFUE – Esklużjoni

(Artikoli 108(3) TFUE u 263 TFUE)

(ara l-punti 33-41)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni, tat-4 ta’ Lulju 2018, iffirmata mill-Assistent Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni u indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) 

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

3) 

Vattenfall Europe Nuclear Energy GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess u għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

4) 

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Vattenfall Europe Nuclear Energy u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talba għal intervent.