Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Novembru 2018 – Front Polisario vs Il-Kunsill
(Kawża T‑275/18)
“Rikors għal annullament – Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra – Att ta’ konklużjoni – Nuqqas ta’ applikabbiltà tal-imsemmi ftehim għat-territorju tas-Saħara tal-Punent – Nuqqas ta’ locus standi – Inammissibbiltà”
|
1. |
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ ftehim ma’ Stat terz li ma jipproduċix effetti ġuridiċi fit-territorju kkontrollat minn dan l-Istat, peress li dan tal-aħħar ma jeżerċitax sovranità rrikonoxxuta internazzjonalment mill-imsemmi territorju – Rikors ta’ moviment irrikonoxxut bħala rappreżentant tal-poplu ta’ dan it-territorju u li jipparteċipa fin-negozjati mmexxija min-Nazzjonijiet Uniti bil-għan li jiġi ddeterminat l-istatus tal-imsemmi territorju – Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Ftehim dwar l-Avjazzjoni KE-Marokk) (ara l-punti 26, 42) |
|
2. |
Ftehimiet internazzjonali – Ftehimiet tal-Unjoni – Ftehim dwar l-Avjazzjoni KE-Marokk – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Territorju mhux awtonomu tas-Saħara tal-Punent li ma jaqax taħt is-sovranità tal-partjiet – Esklużjoni (Ftehim ta’ Partenarjat KE-Marokk, Artikolu 11; Ftehim dwar l-Avjazzjoni KE-Marokk, Artikolu 1, punt 15) (ara l-punti 27, 28, 32-35, 41) |
|
3. |
Ftehimiet internazzjonali – Ftehimiet tal-Unjoni – Ftehim dwar l-Avjazzjoni KE-Marokk – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali – Ibħra li jmissu mat-territorju tas-Saħara tal-Punent – Esklużjoni (Ftehim dwar l-Avjazzjoni KE-Marokk, Artikolu 1, punt 15) (ara l-punti 30-35, 41) |
|
4. |
Ftehimiet internazzjonali – Ftehimiet tal-Unjoni – Interpretazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-prattika sussegwenti fl-applikazzjoni tal-ftehim – Portata – Allegata rieda tal-Unjoni li teżegwixxi l-ftehim b’mod inkompatibbli mal-prinċipji ta’ awtodeterminazzjoni u tal-effett relattiv tat-Trattati – Inkompatibbiltà mal-prinċipju ta’ eżekuzzjoni b’bona fide tat-Trattati (Ftehim dwar l-Avjazzjoni KE-Marokk, Artikolu 1, punt 15) (ara l-punti 37-39) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/146 tat-22 ta’ Jannar 2018 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU 2018, L 26, p. 4).
Dispożittiv
|
1) |
1)Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża u tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Il-Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario) għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
4) |
Il-Front Polisario, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent. |