Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal‑14 ta’ Frar 2019 –
Brunke vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑258/18)

“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Terminu tar-rikors – Bidu tad-dekorrenza – Assenza ta’ talba li tittieħed azzjoni – Talba oħra li tittieħed azzjoni – Inammissibbiltà manifesta – Talba ta’ natura dikjaratorja – Talba intiża sabiex jinkiseb l-għoti ta’ ordnijiet – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”

1. 

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb sentenza dikjaratorja – Inammissibbiltà

(Artikolu 265 TFUE)

(ara l-punt 9)

2. 

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 265 TFUE)

(ara l-punt 14)

3. 

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku – Preżentata tardiva tar-rikors – Dekadenza

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE)

(ara l-punti 21 sa 23)

4. 

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Opinjoni tal-Avukat Ġenerali fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE qabel il-preżentata tar-rikors – Inammissibbiltà – Motivazzjoni insuffiċjenti – Assenza ta’ effett

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE)

(ara l-punti 32, 39)

5. 

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Nuqqas – Kunċett – Astensjoni milli tittieħed azzjoni – Att li ma jagħtix sodisfazzjon – Esklużjoni

(Artikolu 265 TFUE)

(ara l-punt 38)

Suġġett

Prinċipalment, talba intiża sabiex jiġi “kkonstatat l-effett diskriminatorju” tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU 2005, L 255, p. 22, rettifiki fil-ĠU 2007, L 271, p. 18, fil-ĠU 2008, L 93, p. 28 u fil-ĠU 2014, L 305, p. 115), u, sussidjarjament, minn naħa, talba intiża, essenzjalment, sabiex jinkiseb l-għoti ta’ ordni kontra l-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni asteniet illegalment milli tagħti segwitu l-ittri tar-rikorrent tas‑6 ta’ Ġunju u tas‑27 ta’ Diċembru 2017.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud parzjalment minħabba n-nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu u parzjalment bħala manifestament inammissibbli.

2) 

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew.

3) 

Lothar Brunke għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4) 

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talba tiegħu għal intervent.

5) 

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talba tiegħu għal intervent.