Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Settembru 2019 – Romańska vs Frontex

(Kawża T-212/18)

“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Kuntratt għal żmien indeterminat – Artikolu 47(ċ)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Xoljiment – Raġunijiet għax-xoljiment – Ksur tar-relazzjoni ta’ fiduċja – Diskriminazzjoni u fastidju psikoloġiku – Talba għad-danni – Inammissibbiltà manifesta”

1. 

Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati

[Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal_Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal_Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76( d))

(ara l-punti 41, 42, 51)

2. 

Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kunċett – Oneru tal-prova

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 53, 54, 56)

3. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Suġġett – Ordni indirizzata lill-amministrazzjoni – Inammissibbiltà

(Artikoli 263 u 270 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

(ara l-punt 61)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha d-Direttur Eżekuttiv tal-FRONTEX, fil-funzjoni tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, xolja l-kuntratt ta’ imjieg tar-rikorrenti b’effett minn wara perjodu ta’ preavviż ta’ tmien xhur u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba d-diskriminazzjoni u l-fastidju psikoloġiku ikkawżati minn FRONTEX u li laħqu l-quċċata permezz tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Karolina Romańska hija kkundannata għall-ispejjeż.