Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal‑21 ta’ Novembru 2018 – Husky CZ vs EUIPO – Husky of Tostock (HUSKY)

(Kawża T‑82/18)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva HUSKY– Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali u figurattiva preċedenti HUSKY – Raġuni relattiva għal rifjut – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ reġistrazzjoni – Irtirar, restrizzjoni u emenda tal-applikazzjoni għal trade mark – Possibbiltà li għandu biss l-applikant – Nuqqas tal-applikant li jintervjeni fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem l-Uffiċċju – Deduzzjoni, mill-Bord tal-Appell, tal-irtirar impliċitu tal-applikazzjoni għal trade mark – Inammissibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 43(1), issostitwit bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 49(1)

(ara l-punt 37)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat‑18 ta’ Jannar 2018 (Każ R 812/2017‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Husky of Tostock u Husky CZ.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Husky CZ s.r.o hija kkundannata għall-ispejjeż.