4.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 82/57 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2018 – Covestro Deutschland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-745/18)
(2019/C 82/69)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Covestro Deutschland AG (Leverkusen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Küper, J. Otter, C. Anger u M. Goldberg, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/56 tat-28 ta’ Mejju 2018 dwar skema ta’ għajnuna SA.34045 (2013/c) (ex 2012/NN) implimentata mill-Ġermanja għall-konsumaturi ta’ karga bażika skont l-Artikolu 19 tas-tar-Regolament StromNEV (iktar ’il quddiem is-StromNEV) (notifikata bid-dokument C(2018) 3166), b’mod partikolari l-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat tal-eżenzjoni kompleta tat-tariffi tan-netwerk għall-konsumaturi ta’ karga bażika għas-snin 2012 u 2013, il-konstatazzjoni tal-inkompatibbiltà tagħha mas-suq intern u d-deċiżjoni ta’ rkupru immedjat mingħand il-benefiċjarji skont il-leġiżlazzjoni dwar it-tariffi minimi konformement mat-tieni sentenza tal-Artikolu 19(2) tas-StromNEV fil-verżjoni tat-3 ta’ Settembru 2010, u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq it-tul eċċessiv tal-proċedura
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-eżenzjoni tad-drittijiet ta’ netwerk ma tikkostitwixxix għajnuna konformement mal-Artikolu 107(1) TFUE.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-kompatibbiltà mas-suq intern (ġustifikazzjoni, Artikolu 107(3) TFUE)
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-ordni ta’ rkupru
|
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p 9).