|
18.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/45 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2018 – Oakley vs EUIPO – Xuebo Ye (Rappreżentazzjoni ta’ elissi mhux kontinwa)
(Kawża T-744/18)
(2019/C 65/58)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Oakley, Inc. (Foothill Ranch, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Ochoa Santamaría u I. Aparicio Martínez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Xuebo Ye (Wenzhou, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ elissi mhux kontinwa) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 088 191
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ottubru 2018 fil-Każ R 692/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli flimkien mad-dokumenti kollha tiegħu; |
|
— |
tiddikjara l-provi proposti ammissibbli. |
|
— |
tilqa’ r-rikors filwaqt li tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrendi nulli l-effetti tagħha. |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.