25.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/31


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2018 – Phrenos et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-715/18)

(2019/C 72/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Phrenos SPRL (Mont-sur-Marchienne, il-Belġju), Akkanto (Watermael-Boitsfort, il-Belġju) u Operational Management Solutions (Chaumont-Gistoux, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Jafferali u R. van Melsen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, innotifikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Novembru 2018, li tagħti l-kuntratt għal servizzi relatati mal-ippjanar, it-tħejjija, il-promozzjoni u l-implimentazjoni tal-avveniment “European Development Days” [Jiem Ewropej tal-Iżvilupp] għad-Driettorat Ġenerali tagħha għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali (EuropeAid/139729/DH/SER/BE) (2018/S144-328417) għas-snin 2019 sa 2022 inklużi, lil terz;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża prinċipali u tal-proċedura għal miżuri provviżorji.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenuta naqset milli timmotiva d-deċiżjoni tagħha ta’ għoti ta’ kuntratt.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-konvenuta naqset milli tevalwa b’mod xieraq il-prezzijiet (apparentement) anormalement baxxi tal-offerta magħżula.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-offerti mitfugħa.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-kriterju ta’ għoti applikat mill-konvenuta għall-evalwazzjoni tal-offerti.