4.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/76 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2018 – Apera Capital Master vs EUIPO – Altera Capital (APERA CAPITAL)
(Kawża T-699/18)
(2019/C 44/101)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apera Capital Master Ltd. (St Peter Port, Guernsey) (rappreżentanti: C. Schröder u A. von Alten, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Altera Capital (Lussemburgu, il-Lussemburgu)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea APERA CAPITAL – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 640 436
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 1091/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tibgħat lura l-każ quddiem l-EUIPO sabiex jikkunsidrah mill-ġdid; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 104(1) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba u għal smigħ xieraq. |