|
21.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/60 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2018 – Executive Selling vs EUIPO (EXECUTIVE SELLING)
(Kawża T-689/18)
(2019/C 25/78)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Executive Selling (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Bouchara u A. Maier, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea tas-sinjal figurattiv EXECUTIVE SELLING – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 343 783
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 313/2018-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni globalment ma hijiex deskrittiva ta’ karatteristika tas-servizzi kkonċernati. L-analiżi adottata mill-EUIPO tmur kontra t-termini tat-testi u l-ġurisprudenza applikabbli u s-sinjal ippreżentat huwa perfettament distintiv u għalhekk jista’ jissodisfa l-funzjoni essenzjali ta’ trade mark. |