|
21.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/55 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2018 – Twitter vs EUIPO – Hachette Filipacchi Presse (PERISCOPE)
(Kawża T-682/18)
(2019/C 25/72)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Twitter, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Fowler, Solicitor u J. Schmitt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hachette Filipacchi Presse SA (Levallois Perret, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “PERISCOPE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 837 794
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2018 fil-Każ R 2315/2016-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn hija kkonkludiet li (a) it-trade mark Franċiża preċedenti Nru 3 366 460 kienet ġiet użata b’mod ġenwin għal “software u programmi tal-kompjuter” fil-Klassi 9 u (b) hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41, 42 u 45; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell iħallsu l-ispejjeż jekk din tal-aħħar tintervjeni f’din il-proċedura. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |