7.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 4/41 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2018 – ZS vs BEI
(Kawża T-659/18)
(2019/C 4/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZS (rappreżentant: B. Maréchal, avukat)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-BEI tas-27 ta’ Settembru 2017 u tat-28 ta’ Diċembru 2017; |
— |
tordna kumpens totali għat-telf sostnut mir-rikorrent. |
— |
F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jitlob li l-BEI jiġi ordnat iħallsu:
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-assenzi tar-rikorrent ma kienux inġustifikati u li, fi kwalunkwe każ, il-BEI kien messu rreaġixxa qabel fid-dawl tal-perijodu ta’ ħames snin li matulu seħħew l-assenzi. Dawn l-allegazzjonijiet jinjoraw il-ftehim verbali bejn ir-rikorrent u l-konvenut rigward il-mili tal-iskedi ta’ ġestjoni tal-preżenza. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda bażi legali tali li tippermetti lill-persuna li timpjega li tikkumpensa jew tnaqqas dawn l-allegati assenzi inġustifikati, fir-rigward tal-intitolament għal-leave jew is-somom dovuti lilu mat-tluq tiegħu. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq diversi illegalitajiet imwettqa mill-konvenut għad-danni tar-rikorrent, fil-forma ta’ atti amministrattivi illegali, bħall-kontestazzjoni ta’ assenzi inġustifikati, it-telf ta’ 82,5 ġurnata leave mingħajr ebda bażi legali fejn l-ebda kumpens jew tnaqqis ma huwa awtorizzat, it-tnaqqis illegali tal-imsejjħa assenzi illegali mis-somom dovuti mat-tluq li ma jinkludux l-OSPS (RCVP), li direttament kkawżawlu telf u dannu morali addizzjonali. |