17.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 455/32 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2018 – ZM et vs Il-Kunsill
(Kawża T-632/18)
(2018/C 455/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZM, ZN u ZO (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjonijiet li jilmentaw bihom ir-rikorrenti differenti li jikkonsistu fid-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li ma jingħatawx ir-rimbors għall-ispejjeż skolastiċi għas-sena 2017/2018 li ġew adottati b’mod differenti skont iċ-ċirkustanzi ta’ kull wieħed mir-rikorrenti:
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
— |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni dwar ir-rimbors tal-ispejjeż mediċi, sa fejn il-bidla fl-interpretazzjoni mill-konvenut kisret id-drittijiet kweżiti, l-aspettattivi leġittimi, iċ-ċertezza legali u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |
— |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tat-tfal, tad-dritt għall-ħajja tal-familja u tad-dritt għall-edukazzjoni. |
— |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji tal-ugwaljanza fit-trattament u ta’ non-diskriminazzjoni. |
— |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ bbilanċjar effettiv tal-interessi tar-rikorrenti u fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li hija vvizjata bihom id-deċiżjoni kkontestata. |