17.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 455/31 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2018 – E.J. Papadopoulos vs EUIPO – Europastry (fripan VIENNOISERIE CAPRICE Pur Beurre)
(Kawża T-628/18)
(2018/C 455/41)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Viomichania mpiskoton kai eidon diatrofis E.J. Papadopoulos S.A. (Moschato-Tavros, il-Greċja) (rappreżentanti: C. Chrysanthis, P.–V. Chardalia u A. Vasilogamvrou, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Europastry, SA (Sant Cugat del Vallès, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “fripan VIENNOISERIE CAPRICE Pur Beurre” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 125 265
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 493/2018-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lil Europastry, SA, f’każ li din tintervjeni, għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009. |