7.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 4/34


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2018 – ZK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-627/18)

(2019/C 4/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZK (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taqta’ u tiddeċiedi li,

id-deċiżjoni konfermattiva tal-1 ta’ Frar 2018 tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EPSO/AD/323/16 li isem ir-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista tal-kandidati li għaddew hija annullata;

sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjoni kkonfermata tat-12 ta’ Diċembru 2017 tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni hija annullata;

il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq, minn naħa, ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u tal-Artikolu 3 tal-Anness III tagħhom u, min-naħa l-oħra, ksur tar-regoli li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-eżamijiet tal-kompetizzjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni, b’mod partikolari, li hija ġiet mismugħa biss minn żewġ membri tal-Bord tal-Għażla matul l-intervisti tagħha, u mhux mill-Bord tal-Għażla kompost mill-President u minn sitt membri. Barra minn hekk, hija ssostni li l-President ipparteċipa fix-xogħol tal-Bord tal-Għażla biss bħala sempliċi osservatur, fatt li jmur ukoll kontra d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni li bih hija vvizzjata d-deċiżjoni kkontestata f’dan il-każ, minħabba l-assenza ta’ stabbiltà tal-Bord tal-Għażla u s-sejħa għal korretturi ta’ rinforz li ma segwewx taħriġ speċifiku għall-korretturi.