3.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 436/59


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2018 – Şanli vs Il-Kunsill

(Kawża T-585/18)

(2018/C 436/82)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Dalokay Şanli (Rotterdam, l-Olanda) (rappreżentant: D. Gürses, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Lulju 2018;

tneħħi isem ir-rikorrent mil-lista prevista fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001, u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u tat-Trattati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, fil-kuntest tal-proċedura, ma ġiet prodotta ebda prova li minnha jirriżulta li r-rikorrent wettaq attivitajiet terroristiċi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent ma setax jiddefendi ruħu b’mod xieraq fil-proċedura li tat lok għad-deċiżjoni kkontestata.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ma hijiex suffiċjentement motivata.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ġiet adottata bi ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li r-Regolament (UE) Nru 2580/2001 ma huwiex applikabbli, peress li l-PKK ma huwiex organizzazzjoni terroristika.

7.

Is-seba motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni adottata tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità.