29.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/37


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2018 – Aroma Essence vs EUIPO – Refan Bulgaria (Sponoż tal-Ħasil)

(Kawża T-532/18)

(2018/C 392/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aroma Essence Ltd (Kazanlak, il-Bulgarija) (rappreżentant: A. Nastev, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Refan Bulgaria OOD (Trud, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 1333223-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 1197/2017-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata jew temendaha billi tiċħad l-appell ta’ Refan Bulgaria OOD mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO tal-10 ta’ April 2017;

tordna lill-EUIPO u lil Refan Bulgaria OOD iħallsu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti minn Aroma Essence Ltd fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-proċedimenti quddiem it-Tielet Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikoli 53(1)(2) u 60(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 flimkien mal-punti (i), (v) u (vi) tal-Artikolu 28(1)(b), l-Artikolu 30(1) u l-Artikolu 36(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002;

Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, ugwaljanza fit-trattament u amministrazzjoni tajba;

Ksur tal-Artikolu 59, l-Artikolu 60(1), il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 65(1) u l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, u tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002.