22.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/30


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2018 – K.A. Schmersal Holding vs EUIPO – Tecnium (tec.nicum)

(Kawża T-527/18)

(2018/C 381/35)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: K.A. Schmersal Holding GmbH & Co. KG (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Haudan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tecnium, SA (Manresa, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea tec.nicum – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 626 791

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2427/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tikkonferma ċ-ċaħda tar-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fil-klassi 42;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

ebda użu ġenwin tat-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni;

identifikazzjoni żbaljata tal-pubbliku rilevanti;

nuqqas ta’ xebh bejn is-servizzi.

nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks kunfliġġenti;

nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.