5.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/41


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2018 – YG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-518/18)

(2018/C 399/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: YG (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, l-ewwel nett, id-deċiżjoni tal-konvenuta tat-13 ta’ Novembru 2017 li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi;

tannulla, sussegwentement, id-deċiżjoni tal-konvenuta tas-17 ta’ Mejju 2018 li tiċħad l-ilment tiegħu kontra d-deċiżjoni tat-13 ta’ Novembru 2017;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, mill-konvenut, tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjoni kkontestata kienet ibbażata fuq ċerti żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni; barra minn hekk, hija ma kinitx motiva b’mod suffiċjenti u stablixxiet biss li eżami tal-merti tar-rikorrent sar skont il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif protett mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba li nuqqas ta’ diliġenza fir-redazzjoni u l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.