15.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/16


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2018 – – Haba Trading vs EUIPO – Vida (vidaXL)

(Kawża T-503/18)

(2018/C 373/18)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Haba Trading BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: B. Schneiders u A. Brittner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vida AB (Alvesta, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “vidaXL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 603 024

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 190/2016-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.