|
24.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 341/26 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2018 – Audimas vs EUIPO – Audi (AUDIMAS)
(Kawża T-467/18)
(2018/C 341/37)
Lingwa tar-rikors: il-Litwan
Partijiet
Rikorrenti: Audimas AB (Kaunas, il-Litwanja) (rappreżentant: G. Domkutė-Lukauskienė, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade figurattiva AUDIMAS li hija s-suġġett ta’ reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 251 000
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 2425/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u żżomm ir-reġistrazzjoni Nru 1 251 000, tat-trade mark “AUDIMAS” tar-rikorrenti għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 skont il-Klassifikazzjoni ta’ Nice. |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell (jekk din il-parti tintervjeni) għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |