|
24.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 341/22 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 – BRF and SHB Comercio e Industria de Alimentos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-429/18)
(2018/C 341/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BRF SA (Itajaí, il-Brażil) and SHB Comercio e Industria de Alimentos SA (Itajaí) (rappreżentanti: D. Arts u G. van Thuyne, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/700 (1); |
|
— |
sussidjarjament, tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/700, sa fejn dan ineħħi l-istabbiliment ta’ BRF SA u SHB Comercio e Industria de Alimentos SA identifikati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/700 mil-listi identifikati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/700; u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni jikser it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 tat-TFUE billi ma mmotivax ir-raġunijiet li huwa bbażat fuqhom ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li, billi adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni l-Kummissjoni kisret id-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti kif previsti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea billi ċaħdet id-dritt tas-smigħ tar-rikorrenti. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni jikser l-Artikoli 12(2) u 12(4)(c) tar-Regolament Nru 854/2004 (2) billi jevalwa l-osservanza tal-istabbilimenti individwali u l-Kummissjoni twettaq żball manifest tal-evalwazzjoni tal-fatti rilevanti. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni jikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni billi jittratta lir-rikorrenti b’mod differenti minn esportaturi ta’ prodotti tt-tiġieġ Brażiljani oħra f’sitwazzjoni komparabbli. |
|
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità billi jeċċedi l-limiti ta’ x’inhu xieraq u neċessarju sabiex titħares is-saħħa pubblika. |
|
6. |
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni jikser it-tieni paragrafu tal-Artikolu 291(3) TFUE u l-Artikoli 3(3), 10(4) u 11 tar-Regulation (UE) Nru 182/2011 (3) billi jikser ksur il-forom proċedurali sostanzjali stabbiliti hemmhekk. |
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/700 tat-8 ta’ Mejju 2018 li jemenda l-lista ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ prodotti speċifiċi li joriġinaw mill-annimali, rigward ċerti stabbilimenti mill-Brażil (ĠU 2018 L 118, p. 1)
(2) Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 75)
(3) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU 2011 L 55, p. 291)