24.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 341/21 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2018 – Bizbike and Hartmobile vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-426/18)
(2018/C 341/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bizbike (Wielsbeke, il-Pajjiżi l-Baxxi), and Hartmobile BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R. Maclean, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara r-rikors ammissibbli; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/671 tat-2 ta’ Mejju 2018 li jagħmel importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (1) pour les motifs exposés dans la requête; et |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ fatti u ta’ liġi li jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 10(4)(c) tar-Regolament 2016/1036 (2) u b’mod partikolari tar-rekwiżit li għandu jiġi stabbilit grad suffiċjenti ta’ xjenza jew għarfien ta’ dumping jew ħsara sostnuta mill-industrija tal-Unjoni għall-finijiet tal-impożizzjoni tar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li ġew miksura l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(4)(c) tar-Regolament 2016/1036.
Ir-rikorrenti jsostnu li r-Regolament 2018/671 jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali billi jattribwixxi għarfien preżunt tal-eżistenza ta’ dumping u ta’ ħsara lir-rikorrenti u billi jattribwixxi lilhom għarfien ta’ sitwazzjoni fattwali qabel ma kienet adottata ebda miżura legali. Ir-Regolament 2018/671 jikser ukoll il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi permezz tal-iżvilupp ta’ interpretazzjoni ta’ għarfien preżunt fir-Regolament 2018/671 li rrendiet ineffettivi n-natura eċċezzjonali ta’, u r-rekwiżiti għall-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-iżball manifest ta’ fatt u ta’ liġi wassal għal ksur tal-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament 2016/1036 u tal-Artikolu 16(4)(d) tar-Regolament 2016/1037 (3) minħabba nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-evidenza rilevanti kollha marbuta mal-fatturi ekonomċi rilevanti li jinċidu fuq il-prestazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni sabiex tiġi individwata ħsara u rabta kawżali mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti ġew miksura minħabba li ma ġiex ipprovdut aċċess fil-pront u tempestiv għal sottomissjonjiet ippreżentati mil-lanjanti għad-detriment tal-abbiltà tar-rikorrenti li jirribattu kif suppost u b’mod effettiv l-allegazzjonijiet tal-lanjanti dwar is-sodisfazzjon tar-rekwiżiti legali għall-impożizzjoni tar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet. |
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li r-raġunament li kien suffiċjenti sabiex jimmotiva s-sejbiet ewlenin fir-Regolament 2018/671 kien assenti sabiex jiġġustifika r-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet u b’mod iktar speċifiku sabiex jipprovdi raġunament adegwat dwar għaliex allegatament kienet ser tiġi kkważata ħsara addizzjonali permezz ta’ żieda kontinwa fl-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bi prezzijiet li allegatament qegħdin jonqsu mingħajr ma ttieħed kont suffiċjenti tas-sottomissjonijiet tar-rikorrenti li jgħidu l-kuntrarju. |
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/671 tat-2 ta’ Mejju 2018 li jagħmel importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 113, 3.5.2018, p. 4)
(2) Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, p. 21).
(3) Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55)