27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/43


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2018 – Puma vs EUIPO – Carrefour (Rappreżentazzjoni ta’ linji msallba)

(Kawża T-424/18)

(2018/C 301/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Trieb u M. Schunke, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carrefour SA (Boulogne Billancourt, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ linji msallba) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 572 697

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Mejju 2018 fil-Każ R 945/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlob/titlob/jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Parlament u l-Kunsill Nru 2017/1001;