201808030682050932018/C 294/754122018TC29420180820MT01MTINFO_JUDICIAL20180702606121

Kawża T-412/18: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – mobile.de vs EUIPO – Droujestvo S Ogranichena Otgovornost “Rezon” (mobile.ro)


C2942018MT6010120180702MT0075601612

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2018 – mobile.de vs EUIPO – Droujestvo S Ogranichena Otgovornost “Rezon” (mobile.ro)

(Kawża T-412/18)

2018/C 294/75Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: mobile.de GmbH (Dreilinden, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Droujestvo S Ogranichena Otgovornost “Rezon” (Sofija, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni mobile.ro – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 838 542

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 111/2015-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 18(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 64(2) u (3), tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 19(2) u l-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625, moqri flimkien mal-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) u mal-Artikolu 8(2)(a)(ii), tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 4(3) TUE, moqri flimkien mal-prinċipju legali stipulat fl-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 207/2009 u mal-Artikolu 61(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.