201807270082025342018/C 285/583892018TC28520180813MT01MTINFO_JUDICIAL20180621414111

Kawża T-389/18: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2018 – Nonnemacher vs EUIPO – Ingram (WKU)


C2852018MT4110120180621MT0058411411

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2018 – Nonnemacher vs EUIPO – Ingram (WKU)

(Kawża T-389/18)

2018/C 285/58Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Nonnemacher (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zierhut, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Paul Ingram (Birmingham, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “WKU” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 482 841

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ April 2018 fil-Każ R 399/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.