1.10.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/34 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2018 – WV vs SEAE
(Kawża T-388/18)
(2018/C 352/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: WV (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli u fondat;
|
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ assistenza u ta’ premura, fuq il-ksur tal-Artikoli 1e(2), (12), (12a), u 22b, 24, 25 u 26 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, kif ukoll fuq il-ksur tal-Artikoli 1 u 2 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).
Ir-rikorrenti tinvoka wkoll, bħala motiv, il-ksur b’mod partikolari tal-Artikoli 41, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tad-drittijiet tad-difiża, kif ukoll l-abbużi ta’ dritt u ta’ użu ħażin ta’ proċedura, minbarra l-ksur manifest tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet.
Ir-rikorrenti tinvoka, fl-aħħar nett, bħala motiv, il-ksur tal-prinċipju li jobbliga lill-amministrazzjoni tieħu deċiżjoni biss abbażi ta’ motivi legalment ammissibbli, jiġifieri rilevanti u mhux ivvizzjati bi żball jew żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, ta’ fatt jew ta’ liġi, kif ukoll il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ kontradittorju, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali, minbarra l-ksur tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
L-ilment għaldaqstant imqajjem huwa li, billi ħadet id-deċiżjoni kkontestata fil-kundizzjonijiet ikkritikati u billi ċaħdet, sussegwentement, l-ilment tar-rikorrenti, l-Awtorità tal-Ħatra manifestement ma għamlitx applikazzjoni u interpretazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipji msemmija iktar ’il fuq, billi bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq raġunijiet ineżatti kemm fil-fatt kif ukoll fid-dritt u billi poġġiet, konsegwentement, lir-rikorrenti f’sitwazzjoni amministrattiva illegali, nieqsa minn kwalunkwe adegwatezza bejn il-fatti stabbiliti u ċ-ċaħda tat-talba għal assistenza.