201807201082013392018/C 276/863662018TC27620180806MT01MTINFO_JUDICIAL20180608555511

Kawża T-366/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Pet King Brands vs EUIPO – Virbac (SUIMOX)


C2762018MT5510120180608MT0086551551

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2018 – Pet King Brands vs EUIPO – Virbac (SUIMOX)

(Kawża T-366/18)

2018/C 276/86Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pet King Brands, Inc. (Bartlett, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Schmidpeter, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Virbac SA (Carros, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “SUIMOX” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 039 993

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 1835/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.