Kawża T-346/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2018 – Advance Magazine Publishers vs EUIPO – Enovation Brands (VOGUE)
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2018 – Advance Magazine Publishers vs EUIPO – Enovation Brands (VOGUE)
(Kawża T-346/18)
2018/C 268/54Lingwa tar-rikors: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Enovation Brands, Inc. (Aventura, Florida, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 010 039
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 259 2017-4.
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn din tikkonċerna ir-regoli 20(7)(c) u 50(1) tar-Regolament li jimplimenta r-Regolament dwar it-trade mark tal-Komunità; |
|
— |
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tar-Regoli 20(7)(c) u 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95. |