201807060491993942018/C 259/653352018TC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL20180531484922

Kawża T-335/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Mubarak et vs Il-Kunsill


C2592018MT4820120180531MT0065482492

Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Mubarak et vs Il-Kunsill

(Kawża T-335/18)

2018/C 259/65Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak (il-Kajr, l-Eġittu), Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak (il-Kajr), Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh (il-Kajr), Khadiga Mahmoud El Gammal (il-Kajr) (rappreżentanti: B. Kennelly QC, J. Pobjoy, Barrister, G. Martin u C. Enderby Smith, Solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/466 tal-21 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu u tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/465 tal-21 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu, sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrenti;

tiddikjara li l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 tal-21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu ma humiex applikabbli, sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq żbalji ta’ evalwazzjoni meta qies li l-kriterju għall-inklużjoni tar-rikorrenti fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni u fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament kien issodisfatt.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament huma illegali peress li (a) ma għandhomx bażi legali valida u/jew (b) jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tar-rikorrenti taħt l-Artikolu 6 TUE, moqri flimkien mal-Artikoli 2 u 3 TUE, u taħt l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba l-preżunuzjoni tal-Kunsill li l-proċeduri ġudizzjarji fl-Eġittu kienu konformi mad-drittijiet findamentali tal-bniedem.