201806290571986502018/C 249/533342018TC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL20180531434421

Kawża T-334/18: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Bodegas Altun vs EUIPO – Codorníu (ANA DE ALTUN)


C2492018MT4310120180531MT0053431442

Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2018 – Bodegas Altun vs EUIPO – Codorníu (ANA DE ALTUN)

(Kawża T-334/18)

2018/C 249/53Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Bodegas Altun, SL (Baños de Ebro, Spanja) (rappreżentant: J. Oria Sousa-Montes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Codorníu, SA (Esplugues de Llobregat, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni figurattiva ANA DE ALTUN – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 860 913

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 173/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.