201807060471994292018/C 259/633322018TC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL20180528474821

Kawża T-332/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – Marry Me Group vs EUIPO (MARRY ME)


C2592018MT4710120180528MT0063471482

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2018 – Marry Me Group vs EUIPO (MARRY ME)

(Kawża T-332/18)

2018/C 259/63Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Marry Me Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: G. Theado, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MARRY ME” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 958 226

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Marzu 2018 fil-Każ R 806/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.