Kawża T-312/18: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2018 – Dentsply De Trey vs EUIPO – IDS (AQUAPRINT)
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2018 – Dentsply De Trey vs EUIPO – IDS (AQUAPRINT)
(Kawża T-312/18)
2018/C 240/66Lingwa tar-rikors: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: Dentsply De Trey GmbH (Konstanz, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Clark, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IDS SpA (Savona, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “AQUAPRINT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 272 407
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 1438/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, ħlief sa fejn il-Bord tal-Appell qies li l-prodotti kienu identiċi/simili u li l-pubbliku rilevanti huwa speċjalizzat fil-qasam dentali; |
— |
tikkundanna, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, lill-EUIPO u lill-intervenjenti, jekk ikun il-każ, għall-ispejjeż sostnuti minn Dentsply fil-proċedura preżenti; |
— |
temenda d-deċiżjoni anki f’dak li jirrigwarda l-kundanna għall-ispejjeż u tordna, skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, lill-EUIPO jikkundanna lill-intervenjenti li tilfet għall-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001. |