201806290631986682018/C 249/502952018TC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL20180607404121

Kawża T-295/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni


C2492018MT4010120180607MT0050401412

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/18)

2018/C 249/50Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, I. Pachi, A.-Ev. Vasilopoulou u Eug. Chroni)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni ċerti spejjeż tar-Repubblika Ellenika f’ammont totali (gross) ta’ EUR 17869131,75 (implikazzjoni għall-baġit ta’ EUR 14857076,98) sostnuti u ddikjarati fil-kuntest tal-FAEŻR fir-rigward tal-miżuri 125A, 321 u 322 (ammont gross ta’ EUR 15631043,52 u implikazzjoni għall-baġit ta’ EUR 12618988,75) u l-miżura 123A (ammont ta’ EUR 2238088,23) kif ukoll f’ammont ta’ EUR 588103,59 [għal spejjeż] sostnuti fil-kuntest tal-FAEG wara l-miżura ta’ kontroll tat-tranżazzjonijiet għas-snin finanzjarji 2011-2014, u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-Repubblika Ellenika.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi. L-ewwel sitt motivi jirrigwardaw il-korrezzjoni imposta fil-kuntest tal-FAEŻR għall-miżuri 125Α, 321, 322 u 123Α, filwaqt li l-aħħar żewġ motivi jirrigwardaw il-korrezzjoni imposta għal nuqqasijiet fil-kontroll tat-tranżazzjonijiet skont il-Kapitolu III tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 ( 1 ).

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 52(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-qbiż tal-kompetenza ratione temporis tal-Kummissjoni fir-rigward tal-impożizzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji kontenzjużi u żball ta’ fatt mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-bażi ta’ kalkolu tal-korrezzjoni kontenzjuża.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni, b’mod sussidjarju, ta’ ksur tal-prinċipji ta’ ne bis in idem, ta’ ċertezza legali, ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ aspettattivi leġittimi tal-Istat Membru u ta’ proporzjonalità.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 71(2) u tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ( 2 ), tal-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 ( 3 ), tad-dispożizzjonijiet tal-programm nazzjonali tal-iżvilupp rurali, adottat mill-Kummissjoni (PŻR 2007-2013), kif ukoll tal-Artikolu 24(2)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 ( 4 ), fuq nuqqas ta’ bażi legali u ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq żball ta’ fatt għal dak li jirrigwarda l-korrezzjoni b’rata fissa ta’ 10 % li ġiet imposta, fid-dawl tal-fatt li l-awtorità ta’ ġestjoni eżerċitat legalment u b’mod sħiħ il-kompetenzi tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv, b’mod sussidjarju għat-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi tal-Istat Membru u tal-linji gwida msemmija fid-dokumenti VI/5339/1997 u C(2015) 3675 tat-8 ta’ Ġunju 2015 kif ukoll fuq motivazzjoni insuffiċjenti dwar ir-rata ta’ 10 % tal-korrezzjoni b’rata fissa li ġiet imposta.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011, fuq żball ta’ fatt u motivazzjoni insuffiċjenti dwar l-allegati nuqqasijiet fl-evalwazzjoni tat-talbiet għal għajnuna mill-awtorità ta’ ġestjoni u l-allegata assenza ta’ kontroll tal-attività ta’ evalwazzjoni, iżda ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, fuq żball ta’ fatt u motivazzjoni insuffiċjenti dwar l-allegat nuqqas fl-evalwazzjoni tan-natura raġonevoli tal-ispejjeż.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-korrezzjoni finanzjarja imposta għas-snin finanzjarji mill-2011 sal-2013 għandha tiġi annullata sa fejn hija nieqsa minn bażi legali u minn motivazzjoni, b’mod partikolari għall-2013 sa fejn hija tmur kontra il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

8.

It-tmien motiv, li jinqasam f’ħames partijiet distinti, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-korrezzjoni kontenzjuża ġiet imposta minħabba żball ta’ fatt mill-Kummissjoni b’assenza ta’ motivazzjoni u bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika Ellenika.


( 1 ) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549).

( 2 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2005, L 277, p. 1).

( 3 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2006, L 368, p. 15).

( 4 ) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (ĠU 2011, L 25, p. 8).