201806290701986592018/C 249/492922018TC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL20180507393911

Kawża T-292/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Il-Portugall vs Il-Kumimssjoni


C2492018MT3910120180507MT0049391391

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2018 – Il-Portugall vs Il-Kumimssjoni

(Kawża T-292/18)

2018/C 249/49Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estevão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2018) 955, tas-27 ta’ Frar 2018, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR), fil-parti li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni ċertu nfiq iddikjarat mill-Portugall, li jammonta għal EUR 1052101,05, bil-motivazzjoni “Dejn irrappurtat ħażin fit-tabelli tal-Anness III wara li ma ġietx applikata r-regola tal-50/50”;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 ( 1 ) u tal-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 1306/2013 ( 2 ).


( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1).

( 2 ) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549).