201807060651994562018/C 259/542822018TC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL20180503394021

Kawża T-282/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Bernis et vs BUR


C2592018MT3910120180503MT0054391402

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Bernis et vs BUR

(Kawża T-282/18)

2018/C 259/54Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ernests Bernis (Jurmala, il-Latvja), Oļegs Fiļs (Jurmala), OF Holding SIA (Riga, il-Latvja) u Cassandra Holding Company SIA (Jurmala) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR)

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (BUR) tat-23 ta’ Frar 2018 rigward ABLV Bank, AS u ABLV Bank luxembourg, SA;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tlettax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-BUR ma kellux il-kompetenza biex jadotta d-deċiżjoni tal-istralċ.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti billid ddikjara deċiżjoni formali biex ma jadottax miżuri ta’ riżoluzzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti minħabba l-evalwazzjoni ħażina tiegħu skont l-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 806/214 ( 1 ).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-drittijiet tar-rikorrenti minħabba l-evalwazzjoni ħażina tiegħu skont l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 806/214

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt għal smigħ u drittiijiet proċedurali oħra tar-rikorrenti.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt tar-rikorrenti għal deċiżjoni motivata b’mod xieraq.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-BUR naqas milli jeżamina u jevalwa bir-reqqa u imparzjalment l-aspetti rilevanti kollha tal-każ.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt għall-proprjetà u l-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti.

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur.

12.

It-tnax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR wettaq użu ħażin ta’ poter.

13.

It-tlettax-il motiv ibbażat fuq li l-BUR kiser id-dritt tar-rikorrenti skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba n-nuqqas tiegħu li jiżgura t-trattament tal-kwistjonijiet tar-rikorrenti mill-istituzzjonijiet u mill-korpi rilevanti tal-Unjoni.


( 1 ) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti drittijiet tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014 L 225, p. 1)