201806220581970172018/C 240/572602018TC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL20180425495021

Kawża T-260/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2018 – Makhlouf vs Il-Kummissjoni u BĊE


C2402018MT4910120180425MT0057491502

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2018 – Makhlouf vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T-260/18)

2018/C 240/57Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rami Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, il-konvenuti, sabiex jikkumpensaw ir-rikorrent id-dannu kollu subit, għal ammont ta’ EUR 6900000 miżjud bl-interessi;

tikkundanna lill-konvenuti sabiex iħallsu l-ispejjeż kollha tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 17(1) TUE u tal-Artikolu 13(3) u (4) tat-Trattat MES sa fejn hija ma żguratx il-kompatibbiltà tal-memorandum ta’ qbil tas-26 ta’ April 2013 mad-dritt tal-Unjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter u tal-ksur tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mill-BĊE sa fejn uża l-kompetenzi tiegħu fil-qasam ta’ politika monetarja sabiex jimponi fuq il-Grupp tal-Euro u fuq il-Gvern Ċiprijott il-modalitajiet ta’ ristrutturzazzjoni tal-banek.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq esproprjazzjoni tal-beni tar-rikorrent mingħajr kumpens ġust.