201806080201931232018/C 221/412592018TC22120180625MT01MTINFO_JUDICIAL20180423353511

Kawża T-259/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – Zakłady Chemiczne “Siarkopol” Tarnobrzeg vs EUIPO – EuroChem Agro (Unifoska)


C2212018MT3510120180423MT0041351351

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – Zakłady Chemiczne “Siarkopol” Tarnobrzeg vs EUIPO – EuroChem Agro (Unifoska)

(Kawża T-259/18)

2018/C 221/41Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zakłady Chemiczne “Siarkopol” Tarnobrzeg sp. z o.o. (Tarnobrzeg, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: EuroChem Agro GmbH (Mannheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewopea “Unifoska” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 015017841

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2018 fil-Każ R 1503/2017-5.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO għal eżami mill-ġdid;

jew

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata billi tiddeċiedi fis-sens tal-assenza ta’ motivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea 01501784 “Unifoska” għall-prodotti kollha fil-klassi 1 u li t-trade mark tiġi rreġistrata;

tilqa’ t-talba tar-rikorrenti għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001;

Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.