201806220661970622018/C 240/562532018TC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL20180423484922

Kawża T-253/18: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – VY vs Il-Kummissjoni


C2402018MT4820120180423MT0056482492

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2018 – VY vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-253/18)

2018/C 240/56Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: VY (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi li,

id-deċiżjoni li taħtar lil [kunfidenzjali] ( 1 ) fil-pożizzjoni ta’ kap ta’ diviżjoni tad-Diviżjoni [kunfidenzjali] lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Ġappun u dik li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent jiġu annullati;

il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal.


( 1 ) Informazzjoni kunfidenzjali redatta.