Kawża T-248/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Cabello Rondón vs Il-Kunsill
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2018 – Cabello Rondón vs Il-Kunsill
(Kawża T-248/18)
2018/C 200/63Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijiet
Rikorrent: Diosdado Cabello Rondón (il-Venezwela) (rappreżentanti: L. Giuliano u F. Di Gianni, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/90 tat-22 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/88 tat-22 ta’ Jannar 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jirrigwardaw lir-rikorrent; u |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-drittijiet tiegħu ta’ difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi ma tahx aċċess għall-provi li allegatament isostnu l-inklużjoni tiegħu fil-lista fi żmien raġonevoli. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn ma weriex li r-rikorrent huwa involut fl-imminar tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Venezwela. |