14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/48


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2018 – Aliança – Vinhos de Portugal vs EUIPO – Lidl Stiftung (ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL)

(Kawża T-222/18)

(2018/C 166/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aliança – Vinhos de Portugal SA (Anadia, il-Portugall) (rappreżentant: J. Mioludo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 907 027

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 1206/2017-5.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-4 ta’ April 2017 bin-numru tal-kanċellazzjoni 13433 C;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark tal-Unjoni bin-numru ta’ reġistrazzjoni 13 907 027 “ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL (fig.)”;

iżomm fis-seħħ it-trade mark tal-Unjoni bin-numru ta’ reġistrazzjoni 13 907 027 “ALIANÇA VINHOS DE PORTUGAL (fig.)” għall-oġġetti kollha koperti minnha;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Lidl Stiftung & Co. KG kemm għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk tal-appellant.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 60(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001.