Kawża T-199/18: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – SCF Terminal (Cyprus) u S H B vs Il-Kunsill et
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2018 – SCF Terminal (Cyprus) u S H B vs Il-Kunsill et
(Kawża T-199/18)
2018/C 231/33Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijiet
Rikorrenti: SCF Terminal (Cyprus) LTD (Limassol, Ċipru) u S H B, Inc. (Monrovja, il-Liberja) (rappreżentanti: P. Tridimas, Barrister, K. Kakoulli, P. Panayides u C. Pericleous, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; Il-Kummissjoni Ewropea; Il-Bank Ċentrali Ewropew; Eurogroup; L-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tikkundanna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ammonti indikati fit-tabella annessa ma’ dan ir-rikors, flimkien mal-interessi akkumulati mis-26 ta’ Marzu 2013 sad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż. |
Alternattivament, bħala talba sussidjarja, ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tikkonstata li l-Unjoni Ewropea u/jew l-istituzzjonijiet konvenuti għandhom responsabbiltà mhux kuntrattwali; |
|
— |
tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġi ddeterminat l-ammont tat-telf li jista’ jiġu rkuprat imġarrab mir-rikorrenti; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi għal jew jixbhu lil dawk invokati fil-Kawża T-197/18, JV Voscf et vs Il-Kunsill et.